Ħarsa ġenerali​

Il-Formola E tintuża sabiex tara jekk proprjetà hux f’żona ta’ Reġistrazzjoni jew le, kif ukoll biex tkun taf jekk il-proprjetà hux irreġistrata u jekk iva f’isem min.

X’se tingħata

Mir-riċerka, inti għandek id-dritt li tkun taf jekk:

-Il-proprjetà hux f’żona ta’ reġistrazzjoni;
-Il-proprjetà hux f’żona ta’ reġistrazzjoni u jekk ġietx irreġistrata qabel;
-Jekk hemmx ipoteki, privileġġi u/jew kawżjonijiet irreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet; u/jew
-Kull fatt magħruf li jista’ jaffetwa d-deċiżjoni tiegħek għat-trasferiment tal-prorpjetà.

Eliġibbiltà​​

In-nutar għandu jippreżenta l-applikazzjoni, għalkemm kullħadd jista’ jitlob nutar sabiex jippreżentahilu.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u pprintjaha. Il-formola mimlija għandha tittieħed personalment fl- Uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet

116, Casa Bolino
Triq il-Punent
Il-Belt Valletta
applika