Ħarsa ġenerali​

Dan il-kampjun tal-formola jiddeskrivi l-oqsma li jkunu jridu jiġu mimlija meta attwalment tkun qed timla' l-formola propja onlajn.

X’se tingħata

Permess għall-iżvilupp jew deċiżjoni li tispjega għala mhux se jinħareġ il-permess għall-iżvilupp.

Eliġibbiltà​​

Periti.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
i) Deskrizzjoni dettaljata tal-iżvilupp propost u tal-post tas-sit.
ii) Għall-bidla tal-użu, għandek tindika ż-żona li se tiġi affettwata.
iii) Dokument li juri li inti s-sid tal-propjetà.
iv) Id-disinni għandhom ikunu kollha titolati u dimensjonati.
v) L-użu tal-kmamar għandu jkun indikat fuq id-disinni.
vi) Il-kulur u t-tip ta' kull materjal estern għandu jkun indikat.
vii) Għandhom jiġu pprovduti minn tal-inqas 3 ritratti bil-kulur.
viii) Liċenzja għall-Kummerċ maħruġa qabel l-1992 u mġedda (meta meħtieġa).
xi) Informazzjoni addizjonali, bħal per eżempju awtorizzazzjonijiet li ġew maħruġa preċedentament.
applika