Ħarsa ġenerali​

Għandha timtela meta l-applikant ikun irid jinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni li ser issir attività li taqa' taħt il-Klassi 19 tan-Notifika ta' Żvilupp.

X’se tingħata

Ittra ta' awtorizzazzjoni li fiha jkun hemm imniżżel il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti waqt l-attività.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

L-Awtorità tal-Ippjanar
Triq St Francis Ravelin
Floriana FRN 1230

Flimkien ma':
i) Il-formola ta' notifika li tingħata mill-Awtorità tal-Ippjanar.
ii) Pjanta bl-iskala 1:2500 tal-post li se jintuża fl-attività.
iii) Ritratti bil-kulur ta' kwalità tajba li juru l-post.

L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata personalment mill-perit.

Fil-każ ta' attivatijiet kbar li jinvolvu l-bini ta' palkijiet, sets, obstacle courses, strutturi bit-tined, u/jew strutturi temporanji simili, l-applikazzjoni għandha tkun akkompanjata ma' pjanti dettaljati li jindikaw is-sezzjonijiet u l-elevazzjonijiet ta' dawn l-istrutturi, u l-formola għandha tinkludi pjanta bl-iskala 1:500 li tindika l-post eżatt ta' fejn se jiġu ppostjati.
applika