Ħarsa ġenerali​

Il-formola PC-A tiġi użata bħala dokument addizzjonali mal-Applikazzjoni għall-Ikkontrollar tal-Ippjanar.

Din hi ittra li għandha tintbagħat lis-sidien jew terzi persuni li se jiġu affettwati bl-iżvilupp, biex b'hekk tinnotifikahom bl-intenzjoni li se tissottometti Applikazzjoni għall-Ikkontrollar tal-Ippjanar.

Fuq il-formola għandek tniżżel l-isem u l-indirizz tas-sid/perzuni terzi in kwistjoni, in-numru ta' referenza tas-sit, iż-żona li se tiġi affettwata mill-bidla li qed tiġi proposta, deskrizzjoni tal-emenda minuri li qed tiġi proposta, u d-dettalji tal-applikant u l-perit. Din l-ittra għandha tkun akkumpanjata b'abbozz ta' pjan ta' disinni li tkun se tiġi sottomessa lill-Awtorità għall-Ippjanar.

X’se tingħata

Din il-formola għandha tintuża bħala dokumentazzjoni addizzjonali mal-Applikazzjoni għall-Ikkontrollar tal-Ippjanar.

Agħfas hawn biex tara l-Applikazzjoni għall-Ikkontrollar tal-Ippjanar.

Eliġibbiltà​​

Periti.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

L-Awtorità tal-Ippjanar
Triq St Francis Ravelin
Floriana FRN 1230

L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata personalment mill-perit.
applika