Ħarsa ġenerali​

Il-formola PC-D tiġi użata bħala dokument addizzjonali mal-Applikazzjoni għall-Ikkontrollar tal-Ippjanar.

Il-formola PC-D tintuża biex jintalab permess m'għand terzi persuni qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni. Madankollu, l-Awtorità tal-Ippjanar tista' titlob bidla fil-proposta minuri, u b'hekk l-applikant jiġi mitlub li jiġbor kunsens. Din il-formola ma tiġix mitluba mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, iżda tiġi mitluba meta l-applikazzjoni tkun qed tiġi pproċessata.

In-numru ta' referenza tas-sit li jiġi indikat fuq din il-formola għandu jkun l-istess wieħed li jkun ġie użat fuq l-Ittra ta' Notifika PC-A, anke jekk ikun hemm xi numri li ġew maqbuża. Niżżel l-ismijiet tas-sidien/terzi persuni li taw il-kunsens, in-numru tas-sular skont in-numru ta’ sulari fil-blokk partikolari, l-indirizz tal-propjetà li se tiġi affettwata mill-bidla proposta, deskrizzjoni tal-bidla li qed tiġi proposta, id-dettalji tas-sid/terza persuna li qed jagħti l-kunsens, u d-dettalji tal-perit.

X’se tingħata

Agħfas hawn biex tara l-Applikazzjoni għall-Ikkontrollar tal-Ippjanar.

Eliġibbiltà​​

Periti.

Biex il-formola tiġi kompluta, huwa neċessarju li fuq wara tal-formola jew mehmuża magħha għandu jkun hemm kopja tal-pjanta ta' kif se jiġi mqassam l-iżvilupp, flimkien mas-sit tas-sid/terza persuna li qed jagħti l-kunsens tiegħu/tagħha mmarkat bil-blu fuq l-istess pjanta. Il-pjanta għandha jkollha l-firem tas-sid/terza persuna u tal-perit tal-applikant.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

L-Awtorità tal-Ippjanar
Triq St Francis Ravelin
Floriana FRN 1230

L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata personalment mill-perit.
applika