Ħarsa ġenerali​

L-iskema ta’ fondi Irrestawra Darek li tnediet għall-ewwel darba sentejn ilu mill-Awtorità tal-Ippjanar fetħet mill-ġdid għat-tielet darba. Din id-darba, l-iskema tinkludi allokazzjoni ta' fondi speċifikament għar-restawr ta’ streetscape li jinsabu fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana (UCAs). Bħas-snin preċedenti, l-iskema hija miftuħa wkoll għal sidien ta' proprjetajiet residenzjali ta' proprjetà privata li jinsabu fiż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCAs) u bini skedat ta' Grad 1 u Grad 2.

L-istreetscape huwa definit bħala medda ta' triq fi ħdan iż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) ta' mhux inqas minn 50 metru magħmul minn bini antik (li jista' jinkludi komponent kummerċjali). Is-sidien/l-okkupanti kollha tal-bini ġewwa l-istreetscape nominat iridu jiftiehmu li jissottomettu, u jimplimentaw, skema konġunta ta' għotja ta' Irrestawra Darek biex il-faċċati rispettivi jiġu ppreżentati minn Perit WIEĦED. Kull proprjetà individwali se tkun eliġibbli sa 70% tal-ispejjeż għar-restawr tal-faċċata, b'limitu ta' €20,000. Peress li dan huwa proġett konġunt, ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-faċċati kollha fi ħdan l-istreetscape eliġibbli, iridu jitlestew qabel ma tiġi affettwata kwalunkwe rifużjoni.

X’se tingħata

Sidien privati ta' tali residenzi jistgħu japplikaw għal għotja ta' 70% tax-xogħlijiet, sa massimu ta' €10,000. Il-massimu tal-fondi għall-applikazzjonijiet ta’ streetscape huwa €20,000, dak għar-residenzi ta’ djar skedati bħala Grad 2 huwa €50,000 u għar-residenzi ta’ djar skedati bħala Grad 1 huwa €100,000.

Ix-xogħlijiet għandhom jibdew wara l-1 ta' Ġunju 2019 u għandhom jiġu konklużi fi żmien 3 snin. L-irċevuti fiskali oriġinali għandhom jiġu ppreżentati filwaqt li l-permess għall-ippjanar jeħtieġ li jkun ingħata qabel ma jibdew ix-xogħlijiet ta' restawr.

Għal aktar informazzjoni, agħfas hawn.

Eliġibbiltà​​

Baġit Tip ta' Benefiċjarju Tip ta' Patrimonju Mibni Restawr tal-Faċċata Restawr tal-Intern Restawr tal-Arkitettura tal-Ġnien 70% tal-ispejjez, limitati għal Massimu ta'
€4 miljuni Pubbliku Ġenerali UCA Iva Le Le €10,000
Grad 2 Iva Iva Iva €50,000
Grad 1 Iva Iva Iva €100,000
€1 miljuni Streetscape UCA Iva Le Le €20,000 għal kull propjeta' individwali fl-streetscape

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
i) Pjan tas-sit maħruġa uffiċċjalment mill-Awtorità tal-Ippjanar fi skala 1: 2500 (il-fruntieri kollha tal-proprjetà għandhom jiġu mmarkati)
ii) Ritratti bil-kulur ta' kwalità tajba li juru l-faċċata tal-proprjetà fil-ħin li tintbagħat it-talba għall-finanzjament. Ir-ritratti għandhom juru l-faċċata kollha deskritta bl-aħmar
iii) Rendikont komplut tal-ispejjeż (Bill of Quantities) skont il-formula mogħtija mill-Awtorità (Prezzijiet għandhom jinkludu l-VAT)
iv) Ownership (Kuntratt jew konvenju jew ftehim ta' kiri)

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-perit permezz billi juża s-sistema onlajn.
applika