Overview
L-Awtorità tal-Ippjanar b'kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għall-fondi tal-UE u d-Djalogu Soċjali qegħdin inedu skema ġdida dwar restawr u manutenzjoni ta’ gallariji. Din l-iskema se talloka €2 miljun għal gallariji ta’ residenzi li joqgħodu in-naħa ta’ Marsamxett fil-Belt Valletta.
Din l-iskema ser tkun qed tgħin billi ttaffi l-ispiża finanzjarja għar-restawr u l-manutenżjoni ta' gallariji tradizzjonali, speċjalment dawk magħmula mill-injam, sabiex tħeġġeġ l-użu kontinwu tagħhom. Din l-iskema ser tkun disponibbli għal gallariji miftuħa jew magħluqa fi proprjetajiet li jintużaw bħala residenzi. Dan jeskludi uffiċċini, bini kummerċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi jew bini reliġjuż.
What You'll Get
Sabiex tinkoraġġixxi r-residenti biex jieħdu din l-opportunità filwaqt li ttejjebu l-kwalità tal-ħajja f'din iż-żona, l-iskema ser tkun qed tiffinanzja kompletament ix-xogħlijiet assoċjati mar-restawr u manutenzjoni tal-gallariji miftuħa jew tal-injam.
L-iskema tkopri sa massimu ta' €8000 għal kull gallarija tal-injam b'erba’ panewijiet magħluqa. Dan jinkludi l-ispejjeż għall-kiri tal-armar matul ix-xogħlijiet u l-installazzjoni ta' double glazing sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija fil-proprjetà. Kull applikant jeħtieġ li ġġib permess tal-Ippjanar fil-forma ta' DNO la darba x-xogħlijiet jinkludu s-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa tal-gallarija.
Eligibility
L-applikant irid ikopri biss l-ispejjeż ta’ permessi mill-kunsill lokali u l-ispejjeż tas-servizzi professjonali tal-perit jekk ikun hemm bżonn. Ix-xogħlijiet eliġibbli huma ddeterminati mid-data tal-irċevuti, li għandhom ikunu datati mhux qabel l-1 ta' Novembru 2018. Ir-residenti li huma interessati li jibbenefikaw minn din l-iskema jeħtieġu li jinvolvu s-servizzi ta’ Perit.
Din l-iskema l-ġdida ser tagħlaq fil-31 ta' Jannar 2019 jew qabel jekk il-fondi jiġu eżawriti. Ix-xogħlijiet relatati mar-restawr jew l-manutenzzjoni tal-gallariji għandhom jitlestew sat-30 ta' Settembru 2019.
Biex tara jekk il-propjetà tiegħek hux eliġibbli jew le, jekk jogħġbok
hawn .
Application Requirements
Il-Perit għandu jissottometti l-applikazzjoni fuq l-internet permezz tas-sistema onlajn tal-Awtorità, eAppplications.
Għal aktar informazzjoni ċempel 2290 1551/1555 jew ibgħat imejl fuq
vallettamarsamxett@pa.org.mt.
Biex tara d-dokument ta' linji gwida, jekk jogħġbok agħfas
hawn
.
Għal mistoqsijiet u tweġibiet, jekk jogħġbok agħfas
hawn .
applika