Overview
L-att sabiex jipprovdi għall-ħruġ ta’ liċenzji għal aġenti tal-proprjetà immobbli, sensara tal-proprjetà u konsulenti tal-proprjetà daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju, 2020. Ebda persuna ma għandha twettaq l-attività ta’ sensar talproprjetà jew aġent tal-proprjetà immobbli jew tkun impjegata jew ingaġġata bħala maniġer ta’ fergħa jew konsulent tal-proprjetà wara l-31 ta’ Diċembru, 2021 sakemm ma tkunx id-detentur ta’ liċenzja maħruġa skont l-Att.
What You'll Get
Liċenzja sabiex taġixxi bħala sensar tal-proprjetà, aġent tal-proprjetà immobbli, konsulent tal-propjeta, jew maniġer ta’ fergħa
Eligibility
Kwalunkwe persuna hija eliġibbli biex tikseb liċenzja sabiex taġixxi bħala sensar tal-proprjetà, aġent tal-proprjetà immobbli jew maniġer ta’ fergħa, sakemm: 1. tkun għalqet it-tmintax (18)-il sena jew li tkun ġiet emanċipata għall-kummerċ skont l-artikolu 9 tal-Kodiċi tal-Kummerċ; u 2. ikollha ċertifikat fil-proprjetà immobbli li jkollu bħala suġġett tiegħu l-kwistjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u ta’ komunikazzjoni relatati mal-proprjetà immobbli, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ tagħha, b’tal-inqas tnax (12)-il ECTS fil-livell erbgħa (4) tal-Qafas tal-Kwalifiki ta’ Malta miksub minn istituzzjoni ta’ taħriġ il-liċenzjata bis-sħiħ b’liċenzja regolari mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ulterjuri u Ogħla, jew; 3. kwalunkwe kwalifika oħra li ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta jirrikonoxxi bħala ekwivalenti: Kwalunkwe persuna hija eliġibbli biex taġixxi bħala konsulent tal-proprjetà, sakemm: 1. tkun għalqet it-tmintax (18)-il sena jew li tkun ġiet emanċipata għall-kummerċ skont l-artikolu 9 tal-Kodiċi tal-Kummerċ; u 2. ikollha ċertifikat fil-proprjetà immobbli li jkollu bħala suġġett tiegħu l-kwistjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u ta’komunikazzjoni relatati mal-proprjetà immobbli, ilkummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ tagħha, b’tal-inqas tmien (8) ECTS f’livell erbgħa (4) tal-Qafas tal-Kwalifiki ta’ Malta miksub minn istituzzjoni ta’ taħriġ illiċenzjata b’mod sħiħ b’liċenzja regolari mill-Kummissarju Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ulterjuri u Ogħla; jew 3. kwalunkwe kwalifika oħra li ċ-Ċentru ta’Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta jirrikonoxxu bħala ekwivalenti.
Application Requirements
Applikazzjoni EA1 - Applikazzjoni għal-liċenzja ta’ sensar tal-proprjetà, aġent tal-proprjetà immobbli, konsulent tal-propjeta, jew maniġer ta’ fergħa għal dawk eliġibli u għal dawk li mhumiex eliġibli għal liċenzja fl-immedjat imma għandhom l-interess li japplikaw għal liċenzja sa l-aħħar ta' Diċembru 2021
Timeline
[{"Id":"39f27d0a-ab59-eb11-80e1-005056860f48","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali","AddressLine1":"Blk B,","AddressLine2":"Triq Francesco Buonamici","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Furjana","AddressPostalCode":"FRN 1700","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"22922000 ","AddressEmail":null,"Duration":null},{"Id":"4cf27d0a-ab59-eb11-80e1-005056860f48","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali","AddressLine1":"Blk B,","AddressLine2":"Triq Francesco Buonamici","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Furjana","AddressPostalCode":"FRN 1700","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"22922000 ","AddressEmail":null,"Duration":"Xahar"},{"Id":"321ee166-ab59-eb11-80e1-005056860f48","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali","AddressLine1":"Blk B,","AddressLine2":"Triq Francesco Buonamici","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Furjana","AddressPostalCode":"FRN 1700","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"22922000 ","AddressEmail":null,"Duration":"Xahar"},{"Id":"2660f86c-ab59-eb11-80e1-005056860f48","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":4,"AddressName":"Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali","AddressLine1":"Blk B,","AddressLine2":"Triq Francesco Buonamici","AddressLine3":null,"AddressCity":"Il-Furjana","AddressPostalCode":"FRN 1700","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"22922000 ","AddressEmail":null,"Duration":"Ġurnata"}]
applika