Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tiġi sottomessa mill-eredi sabiex jiġi miksub ċertifikat mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-art agrikola sabiex ikun eżentat fuq it-trasferiment causa mortis ta' art agrikola jekk l-art agrikola qed tiġi mikrija lill-terzi skont il-Kap. 199 tal-Liġijiet ta’ Malta jew wieħed mill-werrieta jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li jiddefinixxu bidwi professjonali kif definit mill-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura.

X’se tingħata

L-applikant/i jiksbu ċertifikat sabiex ikunu eżentati mit-taxxa fuq it-trasferiment causa mortis ta' art agrikola jekk l-art agrikola qed tiġi mikrija lill-terzi skont il-Kap. 199 tal-Liġijiet ta’ Malta jew wieħed mill-werrieta jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li jiddefinixxu bidwi professjonali kif definit mill-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura. Iċ-ċertifikat għandu jiġi ppreżentat mal-kuntratt Causa Mortis lill-Kummissarju –tat-Taxxi 

Eliġibbiltà​​

  • L-art agrikola bħalissa qed tinkera lil terzi skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba' (Kap. 199 tal-Liġijiet ta’ Malta), jew
  • L-applikant jaqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji li jiddefinixxu bidwi professjonali kif stabbilit mill-Ministru responsabbli għall-agrikoltura.
     

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ssottomettiha.


Il-lista obbligatorja tad-dokumenti speċifikati fid-dokumentazzjoni meħtieġa jeħtieġ li tittella' matul is-sottomissjoni tal-formola onlajn.

applika