Ħarsa ġenerali​

Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għal kumpaniji involuti fil-manutenzjoni u tiswija ta’ apparat li jutilizza fluorinated greenhouse gases. F'din il-formola huwa meħtieġ li kumpanija tipprovdi informazzjoni dwar in-numru tal-VAT, kodiċi NACE, sit elettroniku u detallji ta’ kuntatt tal-kumpanija. Il-Kumpanija trid ukoll tiddikjara id-dettalji tal-persuna prinċipali responsabbli u dettallji ta’ kuntatt relevanti, dettalji tal-istituzzjoni li ghamlet iċ-ċertifikazjoni, numru ta ċ- ċertifikat, attivitajiet koperti bi ċ-ċertifikat u data ta’ ċertifikazzjoni. Il-Kumpanija hija mitluba tehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Ġaladarba l-formola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat lid-Direttorat tal-Affarijiet Regolatorji fi ħdan l-MCCAA, it-talba tiġi evalwata u jekk id-dokumentazzjoni riċevuta tkun korretta, l-MCCAA tipproċedi biex toħroġ ċertifikat validu għall-ħames snin.

Eliġibbiltà​​

Il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela minn kumpaniji interessati biex jiksbu ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni sabiex jgħamlu xogħol ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ apparat li jutilizza fluorinated greenhouse gases.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ehmeż id-dokumenti mitluba fl-imsemmija formola u ibgħatha.
applika