Ħarsa ġenerali​

Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għal persuni involuti fil-manutenzjoni u tiswija ta’ apparat li jutilizza fluorinated greenhouse gases. F'din il-formola huwa meħtieġ li l-applikant jipprovdi dettalji bħal isem, kunjom, numru tal-karta tal-identita’, indirizz tal-email, numri tat-telefon u mowbajl, indirizz postali, dettalji ta’ min jimpjegah, numru tal-VAT u kodiċi NACE. L-Applikant hu mitlub jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Ġaladarba l-formola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat lid-Direttorat tal-Affarijiet Regolatorji fi ħdan l-MCCAA, it-talba tiġi evalwata u jekk id-dokumentazzjoni riċevuta tkun korretta, l-MCCAA tipproċedi biex toħroġ licenzja valida għall-ħames snin

Eliġibbiltà​​

Il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela minn persuni interessati biex jiksbu licenzja ta’ awtorizzazzjoni sabiex jgħamlu xogħol ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ apparat li jutilizza fluorinated greenhouse gases.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ehmeż id-dokumenti mitluba fl-imsemmija formola u ibgħatha.
applika