Ħarsa ġenerali​

Bdiewa, ġardinara u dilettanti tal-għelieqi jistgħu jixtru diversi speċi ta' siġar tal-frott lokali u importati, kif ukoll bgħula miċ-ċentru. Is-siġar tal-frott lokali huma imkabrin fiċ-ċentru filwaqt li dawk importati huma mixtrija mill-mixtla tas-siġar tal-frott f’Malta.

X’se tingħata

Iċ-ċentru joffri għall-bejgħ diversi tipi ta' siġar tal-frott lokali li jinkludu l-frott tal-għadma bħal ħawħ, għajn baqar, ċipresk, kif ukoll tuffieħ, bambinella, lanġas u anke tin u rumien u tipi oħrajn. Filwaqt li diversi speċi ta' siġar tal-frott importati huma għall-bejgħ ukoll. Is-siġar tal-frott lokali huma mkabrin fi qsari apposta, filwaqt li dawk importati jiġu mingħajr ħamrija mal-għeruq. Wieħed jista' jsib ukoll diversi tipi ta' bgħula biex fuqhom jitlaqqmu s-siġar tal-frott.

Eliġibbiltà​​

Bdiewa, ġardinara u dilettanti tal-għelieqi jistgħu japplikaw biex jixtru dawn it-tipi ta' siġar tal-frott u bgħula, iżda huma suġġett għad-disponibbiltà tas-siġar. F’Settembru u Ottubru ta' kull sena tiġi aġġornata l-lista li jkun fiha s-siġar tal-frott disponibbli għall-bejgħ. Din tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif ukoll f’dan is-sit elettroniku.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

L-applikazzjoni tiġi ffinalizzata ladarba titħallas depożitu fil-Farm Sperimentali tal-Gvern. Wieħed jista' japplika wkoll personalment fil-Farm tal-Gvern fix-Xewkija.
applika