Ħarsa ġenerali​

L-applikazzjoni hija mandatorja għal Organizzazzjonijiet ta' Produtturi ġodda jew Gruppi ta' Produtturi sabiex jagħtu d-dettalji tagħhom lid-Direttorat tal-Agrikoltura u jissottomettuha mal-programm operattiv rispettiv.

X’se tingħata

Id-Direttorat tal-Agrikoltura għandu jipproċessa l-applikazzjoni flimkien mal-programm operattiv u jinforma l-Organizzazzjoni jew Grupp ta' Produtturi ġodda fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni.

Eliġibbiltà​​

Grupp ta' produtturi stabbiliti demokratikament u li diġà huwa koperattiv jew kumpanija b'responsabbiltà limitata.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika