Ħarsa ġenerali​

Kull min hu eliġibbli biex jirċievi għajnuna finanzjarja mill-UE skont il-Politika Agrikola Komuni jirċievi ħlas relevanti direttament fil-kont bankarju tiegħu. L-ebda mezz ieħor ta' ħlas mhu permess. Għalhekk, meta wieħed jibgħat applikazzjoni għal fondi simili tal-UE, irid jipprovdi wkoll id-dettalji tal-bank.

X’se tingħata

Il-kont tal-bank speċifikat jiġi kkreditat b'ammont ta' fondi mill-UE. Il-ħlas jiġi effettwat wara li l-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja mill-UE, skont il-Politika Agrikola Komuni, tkun instabet li tkun eliġibbli għal dan l-iffinanzjar.

Eliġibbiltà​​

Il-formola għall-ħlas f'kont bankarju tista' tintuża mill-applikanti li l-bank tagħhom ikun jaqa' taħt istituzzjoni finanzjarja Maltija. Applikanti għandhom jipprovdu dettalji ta' kont tal-bank miżmum f'isimhom. Kontijiet konġunti huma aċċettabbli biss fil-każ ta' koppji miżżewġa jew koppji li daħlu f'unjoni ċivili.

Kif tapplika​

Imla u pprintja l-formola. Din għandha timtela mill-uffiċjal tal-bank fil-preżenza tad-detentur tal-kont, li għandu jiffirma l-formola quddiem l-uffiċjal tal-bank.

Għaddi l-formola lill-Front Office tal-Aġenzija tal-Agrikoltura u Pagamenti Rurali fl-indirizz:
Il-Pitkalija
Ta' Qali

jew fl-Uffiċċju tal-Aġenzija fi:

Triq l-Imġarr
Ix-Xewkija, Għawdex

Jew b'imejl fuq: [email protected]
applika