Ħarsa ġenerali​

L-iskop tas-Servizz Konsultattiv għall-Irziezet (FAS) hu li jgħin lill-bdiewa u raħħala investituri billi jagħti parir professjonali. Jekk entità trid li tkun irreġistrata bħala Servizz Konsultattiv għall-Irziezet, il-Bord tar-Reġistrazzjoni għas-Servizz Konsultattiv għall-Irziezet jassessja l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent u inklużjoni fil-lista ta' entitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti.

X’se tingħata

Possibbiltà li tkun irreġistrat u topera bħala FAS.

Eliġibbiltà​​

Kull entità (kumpanija, assoċjazzjoni, koperattiva, trade union, soċjetà kummerċjali) jew kull forma oħra rikonoxxuta li trid taġixxi bħala FAS.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika