Ħarsa ġenerali​

L-avviż bl-SMS huwa servizz ta' twissija mibgħut lill-benefiċjarju kif ordnat mill-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA). Jindika l-ammonti li għandhom jiġu ddepożitati fil-kont ta' benefiċjarju u fil-preżent qed jintuża biex jgħarraf lil min hu rrġistrat dwar diversi korsijiet obbligatorji u kull materjal relatat mal-agrikoltura. F’ din il-formola hemm ukoll l-għażla li l-benefiċjarju jiġi eżentat milli jintbagħatulu dawn in-notifiki bl-SMS.

X’se tingħata

Informazzjoni relatata mal-ARPA permezz ta' SMS.

Eliġibbiltà​​

Il-bdiewa rreġistrati kollha.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

applika