• ID login
  • My Cases
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Biedja > Biedja

Biedja

  • Liċenzja ta' Importazzjoni AGRIM (Prodotti Agrikoli Importati)

    Liċenzja ta' Importazzjoni li tippermetti importatur ibbażat f'Malta biex jimporta prodotti agrikoli biex jiċċirkolaw liberament fl-Unjoni Ewropea.
  • Notifika ta’ Introduzzjoni ta’ Pjanti/Materjal tal-Pjanti mill-UE (Għall-Pubbliku Ġenerali)

    Din il-formola għandha tintuża minn persuni/entitajiet li jimportaw kwalunkwe pjanta/materjal tal-pjanti mill-UE, u li huma meħtieġa li jimlew din il-formola biex biha jinnotifikaw lid-Direttorat bil-wasla tal-materjal tal-pjanti tal-anqas 48 siegħa qabel ma l-kunsinna tidħol f'Malta.
  • Oġġezzjonijiet għal Tnaqqis jew Sanzjonijiet imposti mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA)

    Applikant jista' joġġezzjona għall-penali jew ħlasijiet maħruġa mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA).
  • Permess għat-Trasport b’Xejn għall-Prodotti Agrikoli bejn Għawdex u Malta

    Applikazzjoni biex bdiewa japplikaw għal permess biex ikunu eliġibbli għall-biljetti tal-vapur b’xejn, biex jitrasportaw prodotti agrikoli bejn Għawdex u Malta.
  • Programm tal-Apikultura għas-Sena 2024 li jaqa’ taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027

    Applikazzjoni għal miżuri biex jittejbu l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni u s-suq ta’ prodotti tal-apikoltura.

  • Reġistrazzjoni biex tirċievi informazzjoni mibgħuta permezz ta' Messaġġi Elettroniċi (SMS) mill-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA)

    L-avviż bl-SMS huwa servizz ta' twissija mibgħut lill-benefiċjarju kif ordnat mill-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA). Jindika l-ammonti li għandhom jiġu ddepożitati fil-kont ta' benefiċjarju u fil-preżent qed jintuża biex jgħarraf lil min hu rrġistrat dwar diversi korsijiet obbligatorji u kull materjal relatat mal-agrikoltura. F’ din il-formola hemm ukoll l-għażla li l-benefiċjarju jiġi eżentat milli jintbagħatulu dawn in-notifiki bl-SMS.

  • Reġistrazzjoni ta' Distributuri, Bejjiegħa bl-Imnut u Bejjiegħa ta' Fertilizzanti bbażati fuq in-Nitrati

    L-Artiklu 14 (1) ta' S.L. 549.66 li tittratta r-regolamenti tal-Programm ta' Azzjoni dwar in-Nitrati jiddikjaraw li l-importaturi, id-distributuri u l-bejjiegħa tal-fertilizzanti kollha għandhom ikunu rreġistrati mad-Dipartiment.
  • Reġistrazzjoni tas-Siġar taż-Żebbuġ

    Din l-applikazzjoni sservi bħala talba għar-reġistrazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ tal-bidwi, skont il-kwantità, iż-żona taħt wiċċ l-għelejjel u l-varjetijiet.
  • Rikonoxximent bħala Grupp ta' Produtturi jew Organizzazzjoni tal-Produtturi għad-Dwieli

    L-applikazzjoni hija mandatorja għal Organizzazzjonijiet ta' Produtturi ġodda jew Gruppi ta' Produtturi sabiex jagħtu d-dettalji tagħhom lid-Direttorat tal-Agrikoltura u jissottomettuha mal-programm operattiv rispettiv.
  • Rikonoxximent bħala Grupp ta' Produtturi jew Organizzazzjoni tal-Produtturi għal Frott u Ħaxix

    Ir-Regolament tal-Kunsill 1308/2013 u r-Regolament tal-Kummissjoni 891/2007 u 892/2017 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent u l-governanza tal-Gruppi tal-Produtturi u l-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi. L-għan huwa li tiġi stabbilita organizzazzjoni rikonoxxuta taħt il-qafas leġiżlattiv tal-UE għall-bdiewa biex jingħaqdu flimkien u jiġbru flimkien riżorsi u kapaċitajiet għal ekonomija aħjar u sostenibbiltà ambjentali.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025