Ħarsa ġenerali​

L-iskema hija ffinanzjata permezz ta' Fondi Nazzjonali li bihom l-applikanti eliġibbli se jiġu offruti sistema Fotovoltajka (PV) kompletament b'xejn biex jintużaw fil-bini tagħhom.

X’se tingħata

L-applikanti se jiġu offruti sistema Fotovoltajka (PV) kompletament b’xejn biex jintużaw fil-bini tagħhom.

L-elettriku ġġenerat ser jiġi kkunsmat mill-klijent u kwalunkwe elettriku żejjed iġġenerat u mhux ikkunsmat mill-klijent se jinbiegħ lill-grid bi prokura għall-prezz tas-suq.

Eliġibbiltà​​

Organizzazzjonijiet volontarji.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Kumpless tal-Millennia
Triq Aldo Moro
Marsa MRS 9065

Għall-ewwel sejħa, l-applikazzjonijiet jibdew jintlaqgħu fl-14 ta' Ottubru 2019 mill-10.00 am sa l-24 ta' Ottubru 2019 f'12.00 pm.
applika