Ħarsa ġenerali​

Il-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma se tkun qed tinvesti sabiex ittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-ilma f’numru ta’ residenzi, bil-għan li jiġi viżwalizzat l-ammont ta’ ilma li potenzjalment jista’ jitnaqqas f’sena, f’dan is-settur.

X’se tingħata

Finanzjament sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, eżempju t-tijib tas-sistemi ta’ irrigazzjoni, soil moisture sensors, xogħlijiet ta’ restawr ta’ ġibjuni għall-ħażna tal-ilma tax-xita eċċ.

Eliġibbiltà​​

L-applikanti eliġibbli għandhom ikunu s-sidien tal-proprjetà fejn ikun se jsir l-intervent, reġistrati bħala bdiewa/raħħala full-time, għandhom minn tal-inqas 0.5 ettaru, u għandhom minn tal-inqas tnejn mis-sorsi tal-ilma li ġejjin: borehole reġistrata u bil-meter, ġibjun għall-ilma tax-xita u/jew aċċess għan-New Water.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika