Ħarsa ġenerali​

Id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura huwa risponsabbli mis-settur tas-Sajd u Akkwakultura f’Malta u jieħu ħsieb b’mod speċjali r-reġistrazzjoni tal-bastimenti u tal-kontroll fuq is-settur. Isir ukoll studju u rappurtaġġ fuq il-qbid tal-ħut biex tkun sorveljata s-sistema b’mod ħolistiku. Id-Dipartiment fix-xogħol tiegħu huwa mmexxi mid-Direttur Ġeneralu u kif ukoll Direttur responsabbli mis-sajd u Direttur responsabbli mil-Akwakultura.

X’se tingħata

B’din il-funzjoni, sajjieda rreġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura jkollhom ċans li jikkontestaw deċiżjonijiet li huma jħossu li kienu meħuda b’mod inġust magħhom mid-Direttur Ġenerali. Mal-applikazzjoni jiskatta proċess fejn tkun investigata d-deċiżjoni, bil-materja kollha, b’mod imparzjali minn Kumitat indipendenti.

Eliġibbiltà​​

Eliġibbli dawk kollha li għandhom bastiment reġistrat mad-Dipartiment

Kif tapplika​

Imla’ din il-formola bażika online.
applika