Ħarsa ġenerali​

Minħabba t-tkabbir individwali tat-tunnellaġġ gross tal-bastimenti tas-sajd Maltin, il-Hard Standing Facility (HSF) żviluppat bl-iskop li tipprovdi lis-sajjieda bil-possibbiltà li jżommu l-bastimenti tagħhom f'Malta minflok jirrikorru għand pajjiżi oħra fil-qrib. L-HSF tinsab fil-villaġġ tas-sajjieda f'Marsaxlokk u tikkonsisti f'żona ta' madwar 6000 metru kwadru b'parank b'kapaċità ta' 250 tunnellata. Is-sajjieda jistgħu jibbukkjaw biex jużaw din l-HSF.

X’se tingħata

Aċċess għall-HSF li għandha żewġ paranki tat-tip straddle (straddle type hoists). Wieħed ta' kapaċità ta' 50 tunnellata li jintuża għal bastimenti żgħar u l-ieħor ta' kapaċità massima ta' 250 tunnellata għal bastimenti akbar.

Eliġibbiltà​​

Sidien ta' bastimenti tas-sajd fil-kategoriji MFA, MFB, MFC u MFD fir-reġistru tal-flotta tas-sajd, u bastimenti tas-sajd irreġistrati fi Stati Membri tal-UE, bastimenti tal-gvern u bastimenti tal-pilota tal-portijiet.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha b'imejl lil: infofisheries.mafa@gov.mt Jew tista' tgħaddiha lill-amministrazzjoni tal-Hardstanding Facility f'Marsaxlokk.
applika