Ħarsa ġenerali​

Biex tipprattika bħala kirurgu veterinarju f'Malta, ikollok bżonn tirreġistra u tingħata warrant.

X’se tingħata

Irċevuta li l-formola ntlaqgħet, segwita minn aċċettazzjoni jew rifjutazzjoni mill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji għal għotja tal-liċenzja.

Eliġibbiltà​​

Kull individwu li temm b'suċċess kors fil-Mediċina Veterinarja.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha, jew Imla l-formola elettronikament, stampa, iffirma, u ibgħatha lil:
Il-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji
c/o Id-Diviżjoni għar-Regolazzjoni Veterinarja u s-Saħħa tal-Pjanti
Binja Prinċipali, Kamra Numru 4
Triq il-Biċċerijja
Il-Marsa MRS 1123

Jew imla l-formola elettronikament, stampa, iffirma, scanja, u ibgħatha b'imejl lil: [email protected]

Dokumenti meħtieġa:

i) Kopja ċċertifikata tal-kwalifika/i.
ii) Ċertifikat tat-Twelid.
iii) Ċertifikat riċenti tal-Kondotta mill-Pulizija.
iv) Ċertifikat taż-żwieġ (fejn japplika).
v) Kopja awtentikata tal-eżami tal-istat (fejn japplika).
vi) Kopja awtentikata tal-permess ta' residenza għal żmien twil (għal dawk li mhumiex ċittadini tal-UE).
vii) Kopja awtentikata tal-permess tax-xogħol mill-Jobsplus (fil-każ ta' ċittadini barranin).
viii) Kopji tal-warrant eżistenti u prova mill-awtoritajiet relevanti li ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni dixxiplinarja kontra l-applikant u li l-applikant għadu rreġistrat f'dak il-pajjiż (fejn japplika).
ix) Dikjarazzjoni fejn wieħed ikun qed jaħdem u kemm idum hawn (veterinarji barranin).
x) Curriculum Vitae.
applika