L-Iskema Boroż ta’ Studju għall-Istudji Veterinarji hija maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti li qed isegwu kors fl-Istudji Veterinarji li jwassal għal (Livell MQF 7) barra minn Malta li jwassal għar-reġistrazzjoni ta’ Kirurgu Veterinarju kif determinat mill-bord tal-Kirurgi Veterinarji.
Għanijiet u Objettivi
It-tnedija ta’ din l-iskema ġdida ta’ boroż ta’ studju se tippermetti lill-istudenti li jsegwu l-Kors fl-Istudji Veterinarji li jwassal għal (MQF Livell 7) biex japplikaw u jingħataw pakkett finanzjarju aktar ta’ sodisfazzjon li jkopri t-tul ta’ 5 snin sakemm jitlesta u fl-aħħar mill-aħħar jiggradwaw fil-Mediċina Veterinarja f’Istituzzjoni Rikonoxxuta u b’ċertifikazzjoni ta’ livell 7 tal-Qafas ta’ Kwalifiki ta’ Malta.
Qed jingħata stipendju mill-MGUS.
Boroż ta’ Studju għall-Istudji Veterinarji
L-Iskema Boroż ta’ Studju għall-Istudji Veterinarji hija maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti li qed isegwu kors fl-Istudji Veterinarji li jwassal għal (Livell MQF 7) barra minn Malta li jwassal għar-reġistrazzjoni ta’ Kirurgu Veterinarju kif determinat mill-bord tal-Kirurgi Veterinarji.
Kif tapplika
Meta tiftaħ sejħa għall-boroż ta’ studju, l-applikanti għandhom jaċċessaw ir-regolamenti, jaqrawhom bir-reqqa, u jimlew u jissottomettu l-formola ta’ applikazzjoni online disponibbli fuq is-sit https://edukazzjoni.gov.mt/myscholarships/. Din jeħtieġ li timtela u tiġi sottomessa sad-data tal-għeluq speċifikata fir-regolamenti tal-iskema rispettiva. Huwa importanti li l-applikanti jkollhom kont attiv tal-eID.
L-applikazzjoni online tista’ tinkludi wkoll:
▶ kopja waħda (1) tal-Ittra ta’ Aċċettazzjoni Bla Kundizzjoni mill-istituzzjoni rikonoxxuta li għaliha saret applikazzjoni (jekk disponibbli fiż-żmien tal-applikazzjoni);
▶ kwalunkwe dokumentazzjoni oħra li tista’ tgħin lill-Bord tal-VSSS biex jevalwa aħjar il-mertu tal-Applikant (jekk mitlub mill-Amministratur).
Id-dokumenti ta’ sostenn t’hawn taħt iridu jittellgħu mal-applikazzjoni: -
▶ Kopja tal-Curriculum Vitae li tiddikjara b’mod ċar il-kwalifiki kollha miksuba mill-Applikant (obbligatorja)
▶ Kopja tal-ULA (jekk applikabbli)
▶ Kopja tal-permess ta’ residenza (jekk applikabbli)
▶ Kopja tar-rapport ta’ evalwazzjoni/irċevuta tal-MQRIC
▶ Dikjarazzjoni tal-motivazzjoni (obbligatorja)
▶ Silta ta’ madwar 500 kelma li tiffoka fuq l-impatt li l-istudji tiegħek se jkollhom fuq il-qasam Veterinarju f’Malta. (obbligatorja)
▶ Rapport tal-progress u traskrizzjoni akkademika (jekk hemm)
▶ Ittra ta’ referenza (Ara l-Appendiċi obbligatorju)