Ħarsa ġenerali​

F'ekonomija msejsa fuq l-għarfien li diġà qed tersaq lejn ekonomija bbażata fuq il-kreattività, huwa imperattiv li jkun hemm bażi soda komposta minn programm f'livell ta' Postdottorat li jipprovdi fil-pajjiż dak l-għarfien espert meħtieġ li fl-aħħar mil-aħħar iġib tkabbir intelletwali u ekonomiku għall-ġid tas-socjetà.

L-edukazzjoni fuq ir-riċerka f'livell postdottorat hija ta' importanza ċentrali għax tipprovdi l-mezzi sabiex l-attività fir-riċerka tista' tkun stimulata fl-Universitajiet u l-Industrija. Huwa vitali wkoll li l-oqsma ta' prijorità li ntagħżlu mil-pajjiż għal iktar żvilupp bbażat fuq suċċess tal-passat jkunu aktar imsaħħa biex jipprovdu lil Malta b'iktar kapaċitajiet ta' żvilupp meħtieġa.

X’se tingħata

Il-possibilità li tibbenefika minn borża ta’ studju.

Eliġibbiltà​​

Kull skema ta’ boroż ta’ studju hi mmexxijja bil-qafas tar-regolamenti tagħha. B’hekk l-eliġibilità tiddependi fuq il-kriterji speċifikati fir-regolamenti tal-iskema rispettiva. Dawn jistgħu jiġu rriveduti kull sena skont kif ikun hemm bżonn.

Kif tapplika​

Meta tinfetaħ sejħa għall-boroż ta’ studju għandha timtela applikazzjoni onlajn u tiġi sottomessa sad-data tal-iskadenza speċifikata fir-regolamenti tal-iskema rispettiva.

Dokumenti meħtieġa:

i) Curriculum Vitae (CV).
ii) Dikjarazzjoni ta’ Evalwazzjoni/Rikonoxximent maħruġa mil-Rikonoxximent maħruġa mil-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE). iii) Kopja tat-Traskrizzjoni.
iv) Ittra ta’ Aċċettazzjoni Inkundizzjonata.
v) Kopja tad-dikjarazzjoni tal-applikanti li applikaw taħt Grupp A li beħsiebhom ilestu l-kors fil-ħin.
vi) Karta maħruġa mil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD).
vii) Ċertifikat ta’ Residenza Permanenti.
viii) Kopja tal-konferma tal-wasla mil-Università/Universitajiet li wieħed applika magħha/magħhom.
ix) Profil Personali (applikabbli għal dawk li japplikaw għal borża ta’ studju fl-Arti).
applika