Ħarsa ġenerali​

It-Test għall-Għalliema tal-Lingwa Ingliża (TELT) huwa eżami nazzjonali offrut lill-pubbliku.

X’se tingħata

Eżami li jistgħu jagħmluh bħala parti mill-kwalifiki meħtieġa biex jingħataw permess biex jgħallmu l-Ingliż bħala Lingwa Barranija (EFL).

Eliġibbiltà​​

L-applikanti għandu jkollhom tal-anqas 16-il sena.

Kif tapplika​

Applikazzjoni onlajn: Kandidati li għandhom kont tal-eID Malti għandhom jaċċessaw dan is-sit elettroniku idaħħlu d-dettalji tal-eID tagħhom u jagħżlu TELT.

Applikazzjoni manwali: Kandidati li m’għandhomx kont tal-eID Malti għandhom jipprinjaw u jimlew il-formola manwali u jissottomettuha għand il-One Stop Shop jew id-Dipartiment tal-Eżamijiet (Triq Sarria, Floriana, FRN 1460)
applika