Ħarsa ġenerali​

Websajt li l-għan ewlieni tagħha huwa li tagħti stampa ċara lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema, permezz ta’ informazzjoni utli ta’ dak li jkunu qegħdin jistennew fis-sena skolastika li jmiss.

X’se tingħata

Is-sit elettroniku jkopri l-iskola obbligatorja minn Kinder 1 sas-Sena 11 (Form 5), u huwa mifrux f’sezzjonijiet differenti li jirriflettu paġna għal kull sena għall-aċċess faċli għall-informazzjoni. F’kull sena wieħed issib ħames sezzjonijiet ewlenin li huma:

• Vidjow minn edukatur li jispjega dak li wieħed jista’jistenna fis-sena partikolari.
• Informazzjoni li tkopri l-iktar aspetti importanti tas-sena bħal kurrikulu, kif il-ġenituri jistgħu jkunu involuti, għażliet akkademiċi, u bidliet mis-sena preċedenti.
• Taqsima b’mistoqsijiet frekwenti li hija kontinwament aġġornata.
• Taqsima fejn l-utenti jistgħu jissottomettu mistoqsijiet jew suġġerimenti fejn dawn imbagħad jiġu riflessi fis-sit elettroniku.
• Taqsima ta’ informazzjoni bid-dettalji ta’ kuntatt personalizzati għas-Servizzi ta’ Appoġġ mill-Prinċipal tal-Kulleġġ u mill-Iskola li attwalment jattendi l-istudent.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Agħfas fuq il-buttuna 'applika' biex taċċessa l-websajt.
applika