Ħarsa ġenerali​

Din l-azzjoni hija dwar il-provvediment ta' opportunitajiet għall-individwi biex itejbu l-ħiliet tagħhom, itejbu l-impjegabilità tagħhom u jiksbu kuxjenza kulturali.

Taħt KA1, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex imexxu proġetti ta’ mobbiltà biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru studju strutturat, esperjenza ta’ xogħol,job shadowing, opportunitajiet ta’ taħriġ u tagħlim lill-istaff u lill-istudenti.

Il-benefiċjarji jistgħu jqattgħu perjodu ta’ żmien f’pajjiż parteċipant ieħor biex jiksbu esperjenza siewja tal-ħajja, studju u xogħol bil-għan li jżidu l-opportunitajiet disponibbli għalihom fil-futur.

KA1 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, skejjel, edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fil-mira u l-attivitajiet għal KA1 ivarjaw skont il-qasam.

KA1 hija l-akbar azzjoni fl-Erasmus + bi 63% tal-baġit tal-programm li jiffoka l-enfasi tiegħu fuq iż-żieda fil-mobilità u l-ħiliet.

X’se tingħata

Il-mobilità tiżgura attivitajiet ta’ mobbiltà ta’ kwalità għolja b’impatt massimu fuq l-istudenti. Din il-mobilità tappoġġja l-perjodi ta' tagħlim u taħriġ għall-istaff.

Eliġibbiltà​​

L-attività hija miftuħa kemm għall-istaff kif ukoll għall-istudenti fi skejjel ta’ taħriġ vokazzjonali li ngħataw il-VET mobility charter.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

. Sabiex tkun ikkunsidrata eliġibbli, il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela kif suppost u tiġi sottomessa lill-Aġenzija Nazzjonali sal-iskadenzi stabbiliti fis-sejħiet speċifiċi għall-proposti.
applika