Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema hi għal studenti Għawdxin li qed jistudjaw l-MCAST, Junior College u l-Univeristà ta’ Malta kif ukoll għal edukaturi Għawdxin li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat, Privati, tal-Knisja, MCAST, Junior College kif ukoll fl-Universita ta’ Malta.

X’se tingħata

Studenti kif ukoll edukaturi se jingħataw ‘EDU Fast Ferry Card’ li tkun trid tintuża meta wieħed jagħmel użu mis-servizz. Ir-rimbors jingħata għal kull vjaġġ li jsir bil-fast ferry waqt il-ġranet fejn jingħata tagħlim matul is-sena skolastika. Il-ħlas isir b’lura, kull tlett xhur.

Eliġibbiltà​​

Studenti kif ukoll edukaturi Għawdxin li jissodisfaw il-kriterja msemmija hawn fuq u li jużaw il-fast ferry sabiex jivvjaġġaw għal studju jew xogħol abbinat mal-ġranet skolastiċi jistgħu japplikaw. Il-ħin kopert taħt din l-iskema huwa bejn 05:30am sat-08:00pm.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar l-Erbgħa 3 ta’ Novembru.

applika