Ħarsa ġenerali​

Is-Servizz tal-Psikoloġija fl-Iskejjel jgħin biex jinħoloq ambjent san li jifaċċilita l-iżvilupp edukattiv u personali tal-istudenti. Dan isir permezz ta’ interventi ta’ prevenzjoni u interventi oħra fuq livell personali, familjari u sistemiku.

X’se tingħata

L-SPS joffri s-servizz tiegħu lil studenti li qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet jew sfidi fil-ħajja personali tagħhom u fl-esperjenza tagħhom tat-tagħlim fl-iskola. Joffri wkoll għajnuna lil dawk l-istudenti li minħabba raġunijiet varji qegħdin jimmanifestaw diffikultajiet fl-imġieba u/jew l-emozzjonijiet taghhom.

- Il-Psikologi jistgħu jagħmlu użu ta’ mezzi ta' assessjar speċjalizzat biex jesploraw in-natura tal-isfidi, u d-diffikultajiet tal-istudent u fejn hemm bżonn jipprovdu rapport lill-ġenituri u/jew lill-iskola.

- Minbarra l-assessjar, il-psikologi joffru interventi speċjalizzati u terapija biex jgħinu lill-istudenti biex jimxu l-quddiem minkejja l-isfidi u d-diffukultajiet li jiltaqgħu magħhom, u biex jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom. Biex dan jitwettaq, isiru wkoll interventi mal-iskola u l-familja fejn necessarju.

- SPS toffri konsultazzjoni preventiv. Programmi ta’ taghrif psikologiku u interventi fejn ikun hemm trawma jew krizi.

Eliġibbiltà​​

Is-Servizz huwa miftuh għall-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel tal-Gvern/l-Istat mill-kindergarten sa tmiem l-iskola sekondarja. Is-servizz hu miftuħ ukoll għall-iskejjel post-sekondarji li jaqaw direttament taħt it-tmexxija tad-Direttorat għal-Servizzi Edukattivi.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha u ibgħatha lil:

Is-Sa Anna Cassar
Dipartiment tan-National School Support Services
Servizzi Psikoloġiċi għall-Iskejjel
Triq Fra Gaetano Pace Forno
Ħamrun

Dawk il-ġenituri/kustodji legali li jħossu li uliedhom qed jiltaqgħu ma' xi sfida jew diffikulta fit-tgħalim jew fil-ħajja personali tagħhom, jistgħu jirreferu lill-uliedhom billi jimlew il-formola (sps referral form). Ġenituri/kustodji legali li jsibu diffikulta biex jimlew din il-formola jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-iskola jew tal-iskrivana fi ħdan l-SPS ġewwa il-Ħamrun. Edukaturi u professjonisti oħra jistgħu jirreferu lil xi student dment li jkun hemm il-firma tal-ġenituri/kustodji legali.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika