Overview
Dan huwa servizz speċjalizzat fuq it-teknologija bl-użu tal-komunikazzjoni tal-Komunikazzjoni Alternattiva, kif ukoll dwar Teknoloġija Assistiva (Assistive Technology). Is-servizz huwa għat-tfal u għall-adulti f'Malta u f’Għawdex li għandhom diffikultajiet fil-lingwa, u għandhom bżonn sistema ta’ teknologija biex jikkomunikaw. L-ACTU bħalissa huwa l-uniku tim transdixxiplinarju u magħmul minn terapisti li għandhom esperjenza wiesa u vasta f’dan il-qasam. Dawn huma Occupational Therapists u Speech and Language Therapists flimkien ma' għalliem li jagħti s-support lill-iskejjel dwar is-software li jkunu qegħdin jużaw it-tfal u jħarreġ il-professjonisti fl-iskejjel. Għandna wkoll Learning Support Assistant li tagħmel riżorsi assoċjati ma' din it-teknologija li għandhom bżonn dawn it-tfal.
What You'll Get
Dan is-servizz jipprovdi assessjar u intervent għal tfal bi bżonnijiet individwali, u li jirrikjedu Kommunikazzjoni Alternattiva jew Teknoloġija Assistiva biex jaċċessaw il-kurrikulum.
It-Teknoloġija Assisstiva tikkonsisti f’firxa wiesa ta’ apparat, għajnuniet tekniċi u strateġiji li jistgħu jgħinu t-tfal bi bżonnijiet individwali biex jgħixu ħajja indipendenti u jaffaċċjaw l-isfidi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, kemm fl-edukazzjoni pre-vokazzjonali jew f’sitwazzjonijiet soċjali.
Il-Komunikazzjoni Alternattiva tinkludi firxa ta’ apparat kif ukoll strateġiji li jintużaw biex jgħinu persuni jikkomunikaw meta dawn isibuha diffiċli li jagħmlu dan b’mod verbali. Bis-saħħa ta’ dawn l-istrateġiji u dawn l-għodod jgħinu wkoll biex il-persuna tifhem dak il-messaġġ li qed jitwassal lilha.
Eligibility
Persuni li għandhom minn tal-inqas żewġ diffikultajiet minn dawn li ġejjin:
1. Diffikultajiet kumplessi/severi fil-komunikazzjoni u li huma assoċjati ma' firxa ta' karatteristiċi fiżiċi, intelletwali fit-tagħlim jew diffikultajiet sensorjali;
2. Diskrepanza ċara bejn il-livell ta’ kemm qed jifhmu u l-ħila tagħhom li jitkellmu;
3. Ikollhom esperjenza ta' użu ta’ low tech AAC, (li f’ċertu każijiet xorta ma jkunux qegħdin jgħinu lil dawn it-tfal u l-adulti biex jilħqu l-potenzjal komunikattiv tagħhom) u b'hekk il-familja tkun tixtieq tesplora għażliet ta' teknoloġija li jkunu high tech.
4. Ikun hemm diffikultà biex jintlaħqu l-ħtiġijiet edukattivi fosthom diffikultajiet fil- kitba u l-qari.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha u ibgħatha lil:
Is-Servizz Nazzjonali ta' Sapport għall-Iskejjel
Is-Settur għall-Edukazzjoni Speċjali
Triq Fra Gaetano Pace Forno
Ħamrun ĦMR 1100
Din il-formola għandha timtela kemm mill-ġenituri u anke l-professjonisti biex japplikaw għas-servizz tal-ACTU. Kull applikazzjoni għandha jkollha mehmuż magħha l-formola tal-kunsens tal-ġenituri/kustodji legali.
Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
Timeline
[{"Id":"7bd03950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":null,"AddressLine1":"Fra G. Pace Forno","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 3489","AddressEmail":null,"Duration":"10 ijiem"},{"Id":"71d93950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":3,"AddressName":null,"AddressLine1":"Fra G. Pace Forno","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 3489","AddressEmail":null,"Duration":"10 ijiem"},{"Id":"5382225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":null,"AddressLine1":"Fra G. Pace Forno","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 3489","AddressEmail":null,"Duration":null}]
applika