Overview
Nwar huwa programm tal-litteriżmu għall-familji li jsir wara l-ħin tal-iskola mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal tfal li jkollhom diffikultajiet fil-qari u l-kitba. L-għan tal-programm Nwar huwa li b’appoġġ minn edukaturi ddedikati u mħarrġa fil-litteriżmu u bis-sehem kruċjali tal-ġenituri/adulti, tfal li ma jkunux jafu jaqraw u jiktbu, ikunu jistgħu huma wkoll isiru qarrejja u kittieba kompetenti, motivati u kunfidenti. Il-programm ikompli jibni fuq dak li jsir l-iskola u jipprovdi lill-ġenituri/adulti strateġiji prattiċi fil-litteriżmu sabiex jgħinhom itejbu l-iżvilupp t’uliedhom fil-qasam edukattiv.
Hekk kif l-Aġenzija tirċievi l-formola mimlija, l-impjegati tal-programm Nwar jikkuntattjaw l-iskola tat-tifel/tifla sabiex jiksbu iktar informazzjoni fuq it-tifel/tifla u jiddeterminaw jekk it-tifel/tifla j/tkunx eliġibbli għas-servizz. L-applikazzjonijiet eliġibbli jiżdiedu mal-lista ta’ stennija fiċ-ċentru ta’ Nwar tal-għażla tal-ġenituri/kustodji.
What You'll Get
It-tfal jattendu programm intensiv ta’ appoġġ fil-litteriżmu darbtejn fil-ġimgħa, flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom. Il-gruppi jkunu magħmula minn mhux aktar minn erbat itfal, flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom. Bħalissa l-Aġenzija għandha 16-il ċentru ta’ Nwar madwar Malta u Għawdex.
Eligibility
Tfal fir-4 sena u l-5 sena tal-primarja li jkunu għadhom ma ħakmux il-ħiliet imsemmija fiċ-Ċekkjaturi 1 u 2 huma eliġibbli għas-servizz Nwar.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Din il-formola għandha timtela online mill-ġenituri/kustodji tat-tfal li huma eliġibbli għas-servizz u magħha jridu jipprovdu evidenza li t-tfal tagħhom għandhom bżonn appoġġ addizzjonali fil-litteriżmu. Il-ġenituri/kustodji jistgħu wkoll jipprovdu ċ-Ċekkjatura tal-Kompetenzi Ewlenin u/jew ir-riżultati tal-eżamijiet tat-tfal tagħhom u dokumenti oħra bħalma huma r-rapporti tal-psikologu. Hekk kif titlesta l-formola, tintbagħat ittra elettronika awtomatikament lill-Programm Nwar bil-formola u d-dokumentazzjoni mehmuża.
L-iskejjel jistgħu japplikaw għas-servizz permezz tal-formola dettaljata tal-Programm Nwar u din għandha tintbagħat mal-formola ta’ kunsens tal-ġenituri/kustodji u d-dokumentazzjoni l-oħra meħtieġa lill-:
Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Attn: Il-Programm Nwar
Triq Joseph Abela Scolaro
Ħamrun ĦMR 1304
Timeline
[{"Id":"93bf3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":4,"AddressName":"National Literacy Agency","AddressLine1":"National Curriculum Centre","AddressLine2":"Joseph Abela Scolaro Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR 1304","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 2907","AddressEmail":"nla@ilearn.edu.mt","Duration":"7 ijiem"},{"Id":"93d13950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"National Literacy Agency","AddressLine1":"National Curriculum Centre","AddressLine2":"Joseph Abela Scolaro Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR 1304","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 2907","AddressEmail":"nla@ilearn.edu.mt","Duration":"14 - il jum"},{"Id":"c9da3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":5,"AddressName":"National Literacy Agency","AddressLine1":"National Curriculum Centre","AddressLine2":"Joseph Abela Scolaro Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR 1304","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 2907","AddressEmail":"nla@ilearn.edu.mt","Duration":"7 xhur"},{"Id":"af83225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"National Literacy Agency","AddressLine1":"National Curriculum Centre","AddressLine2":"Joseph Abela Scolaro Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR 1304","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 2907","AddressEmail":"nla@ilearn.edu.mt","Duration":null},{"Id":"0d91225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"National Literacy Agency","AddressLine1":"National Curriculum Centre","AddressLine2":"Joseph Abela Scolaro Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Hamrun","AddressPostalCode":"HMR 1304","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2598 2907","AddressEmail":"nla@ilearn.edu.mt","Duration":"14 - il jum"}]
applika