Ħarsa ġenerali​

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti (SMGB), fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istitut tas-Servizzi Pubbliċi fid-Diviżjoni Dwar Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qiegħed jistieden studenti li qegħdin jistudjaw full-time, inklużi dawk li jinsabu fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom jew spiċċaw l-iskola sekondarja obbligatorja biex japplikaw għall-proviżjoni ta’ opportunitajiet ta’ xogħol fis-sajf għall-istudenti.

​X’ser​ tingħata

Opportunitajiet ta’ Xogħol fis-Sajf

Eliġibbiltà​​

Studenti full-time li temmew l-iskola sekondarja obbligatorja (Form V/Year 11), u dawk li qegħdin jistudjaw f’livell Post-Sekondarju u Terzjarju, inklużi dawk li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom.

Studenti li jridu jagħmlu xogħol obbligatorju tul is-sajf bħala parti mill-kors ta’ studju tagħhom ma għandhomx japplikaw għal dan l-iskema.

Kif tapplika​

Studenti li huma interessati li japplikaw, għandhom jimlew l-applikazzjoni onlajn f’ https://edurecruitment.gov.mt/ u jtellgħu fis-sistema kopja taż-żewġ naħat tal-kartà tal-Identità tagħhom.

Studenti li se itemmew l-iskola sekondarja obligatorja f’din is-sena skolastika, għandhom itellgħu ukoll dikjarazzjoni iffirmata mill-Kap tal-Iskola rispettiv. Studenti li ma jissottomettux l-informazzjoni kollha rikjesta korretta, inkluz id-dokumenti mitluba, jistgħu jiġu skwalifikati minn din l-iskema.

It-tieni sejħa għall-iskema fil-caption se tiftaħ mill-Ġimgħa, 14 ta’ Ġunju u tagħlaq l-Erbgħa, 19 ta’ Ġunju 2024 sa nofsinhar ħin lokali.

applika