Ħarsa ġenerali​

Sapport finanzjarju biex jgħin lill-organizzazzjonijiet/gruppi taż-żgħażagħ jiżviluppaw u jżidu r-riżorsi u jtejbu l-fond li jużaw.

X’se tingħata

Sapport finanzjarju sa massimu ta' €1,500.

Eliġibbiltà​​

Organizzazzjonijiet eliġibbli jinkludu lil dawk li:

i) Jipprovdu servizz lil żgħażagħ bejn it-13 u t-30 sena. ii) Ikunu rreġistrati uffiċjalment bħala Organizzazzjoni Volontarja mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji. Organizzazzjonijiet li jkunu diġà applikaw imma għadhom fil-proċess li jkunu rikonoxxuti jistgħu jippreżentaw irċevuta li tingħata mill-istess uffiċċju bħala prova tal-applikazzjoni. Organizzazzjonijiet irreġistrati għandhom bżonn li jippreżentaw prova li huma konformi maħruġa mill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. iii) Huma membri rreġistrati ta' Aġenzija Żgħażagħ.

Organizzazzjonijiet li mhumiex eliġibbli:

i) Każini tal-banda u organizzazzjonijiet li joperaw f'ambjent skolastiku.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Għal aktar tagħrif, ċempel lil Aġenzija Żgħażagħ fuq 22586700 jew b'imejl fuq agenzija.zghazagh@gov.mt.
applika