Ħarsa ġenerali​

Din il-key action tkopri kwalunkwe tip ta' attività mmirata biex tappoġġja u tiffaċilita l-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ.

Taħt Key Action 3, il-programm Erasmus + se jiffinanzja attivitajiet strateġiċi li jappoġġjaw ir-riforma tal-politika madwar l-UE fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. Key action 3 tkopri l-oqsma ta' edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, skejjel, edukazzjoni għall-adulti u żgħażagħ.

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-opportunitajiet disponibbli jvarjaw skont il-qasam, u fil-fatt il-maġġoranza tal-opportunitajiet taħt din il-Key Action se jkunu barra mis-sejħa għall-proposti annwali. Dawn ikunu implimentati direttament mill-Kummissjoni Ewropea jew ikunu s-suġġett ta' sejħiet għal proposti speċifiċi ppubblikati matul it-tul tal-programm.

Key Action 3 għandha l-għan li tgħin lill-Ewropa tilħaq l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġiji tal-Unjoni Ewropea bħall-Ewropa 2020, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 u l-Istrateġija Ewropea għaż-Żgħażagħ.

X’se tingħata

Laqgħat ta' djalogu strutturat bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ.

Eliġibbiltà​​

Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, organizzazzjoni non-governattiva taż-żgħażagħ Ewropej, intrapriża soċjali, entità pubblika fil-livell lokali, grupp ta' żgħażagħ attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Sabiex tkun ikkunsidrata eliġibbli, il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela kif suppost u tiġi sottomessa lill-Aġenzija Nazzjonali sal-iskadenzi stabbiliti fis-sejħiet speċifiċi għall-proposti.
applika