Ħarsa ġenerali​

Jippermetti lill-utenti biex japplikaw għal dikjarazzjoni ta' rikonoxximent mill-MQRIC. Għal programmi li huma diġà mogħtija, jew ’l quddiem qabel ma jinbeda kwalunkwe studju akkademiku bħal dan.

Dikjarazzjoni ta' rikonoxximent għall-kwalifiki tista' tkun meħtieġa għal diversi raġunijiet, ngħidu aħna: biex jitkompla l-istudju ulterjuri, applikazzjoni għal xogħol jew promozzjoni, allowance ta' kwalifika, ħlas lura ta' taxxa, skemi ta' scholarships u permess uniku/Visa/ċittadinanza mal-Jobplus, fost oħrajn.

X’se tingħata

Dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent li tikkonferma l-istatus ta’ rikonoxximent tal-provditur edukattiv u r-rikonoxximent u tal-programm ta' studju, kif applikabbli, b’referenza għall-Qafas Malti tal-Kwalifiki u xogħol relatat.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna minn kwalunkwe ġuriżdizzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

 

Dokumenti meħtieġa

Jekk il-programm ikun diġà fis-sistema online, m'hemmx bżonn ta' dokumenti oħra. Jekk din hija kwalifika ġdida, huma meħtieġa kopja taċ-ċertifikati oriġinali, u traduzzjonijiet tagħhom għall-Malti jew l-Ingliż. Jista’ jkun li jkollok bżonn dokumenti oħra. Għal aktar informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni meħtieġa, jekk jogħġbok ara l-vidjo bl-istruzzjonijiet jew inkella l-vidjo li jmexxik pass pas.

Il-programmi li jinsabu fuq is-sistema online jiġu pproċessati f'inqas minn 10 minuti.

 L-applikazzjonijiet imgħaġġla (Fast Track) jiġu pproċessati f’jumejn ta’ xogħol.

 

applika