Ħarsa ġenerali​

Din l-azzjoni hija dwar il-provvediment ta' opportunitajiet għall-individwi biex itejbu l-ħiliet tagħhom, itejbu l-impjegabilità tagħhom u jiksbu kuxjenza kulturali.

Taħt KA1, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex imexxu proġetti ta’ mobbiltà biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru studju strutturat, esperjenza ta’ xogħol, job shadowing, opportunitajiet ta’ taħriġ u tagħlim lill-istaff u lill-istudenti.

Il-benefiċjarji jistgħu jqattgħu perjodu ta’ żmien f’pajjiż parteċipant ieħor biex jiksbu esperjenza siewja tal-ħajja, studju u xogħol bil-għan li jżidu l-opportunitajiet disponibbli għalihom fil-futur.

KA1 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, skejjel, edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fil-mira u l-attivitajiet għal KA1 ivarjaw skont il-qasam.

KA1 hija l-akbar azzjoni fl-Erasmus + bi 63% tal-baġit tal-programm li jiffoka l-enfasi tiegħu fuq iż-żieda fil-mobilità u l-ħiliet.

X’se tingħata

Din l-azzjoni ta' finanzjament tipprovdi opportunità għall-għalliema biex jiksbu kompetenzi fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta' studenti bi sfond żvantaġġjat. Tippermetti wkoll lill-għalliema jew staff ieħor tal-edukazzjoni skolastika biex jgħallmu fi skola msieħba barra mill-pajjiż u jappoġġja l-iżvilupp professjonali tal-għalliema, il-mexxejja tal-iskejjel jew staff ieħor tal-edukazzjoni skolastika fil-forma ta' korsijiet strutturati jew attivitajieti ta' taħriġ barra l-pajjiż; perjodu ta' job shadowing/osservazzjoni ta' xogħol barra l-pajjiż fi skola msieħba jew organizzazzjoni relevanti attivi fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika.

Eliġibbiltà​​

Skola li tibgħat membri tal-istaff tagħha barra l-pajjiż.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Sabiex tkun ikkunsidrata eliġibbli, il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela kif suppost u tiġi sottomessa lill-Aġenzija Nazzjonali sal-iskadenzi stabbiliti fis-sejħiet speċifiċi għall-proposti.
applika