Ħarsa ġenerali​

Din l-azzjoni toffri opportunitajiet biex assoċjazzjonijiet jaħdmu flimkien sabiex itejbu l-provvediment tagħhom lil dawk li jitgħallmu u jaqsmu prattiċi innovattivi.
Skont il-Key Action 2 l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għal finanzjament biex jaħdmu flimkien ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħra parteċipanti.
Il-proġetti ffinanzjati f'din il-Key Action jikkonċentraw fuq li jaqsmu flimkien, jiżviluppaw u jittrasferixxu prattiċi innovattivi fl-edukazzjoni, taħriġ u provvediment għaż-żgħażagħ fost il-pajjiżi parteċipi.
Key Action 2 tkopri l-ħames oqsma tal-edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ (VET), skejjel, edukazzjoni għall-adulti u żgħażagħ. Importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fi ħsieb il-Key Action 2 u l-attivitajiet tagħha jvarjaw f'kull qasam.
Key Action 2 għandha l-iskop li żżid l-impatt pożittiv tal-attivitajiet Ewropej fil-livelli kollha biex tiżgura li l-individwi, organizzazzjonijiet u pajjiżi involuti fil-proġetti jibbenefikaw minnha.

X’se tingħata

Taħriġ transnazzjonali, attivitajiet ta' individwi li jgħallmu u jitgħallmu.

Eliġibbiltà​​

Kull organizzazzjoni tal-edukazzjoni tal-adulti li tibgħat l-istaff tagħha barra minn Malta, jew kull organizzazzjoni edukattiva għall-adulti li taġixxi bħala kordinatur ta' mobility consortium nazzjonali ta' organizzazzjonijiet edukattivi għall-adulti, tista' tapplika.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
i) Dikjarazzjoni tal-Unur iffirmata mir-rappreżentant legali msemmi fl-applikazzjoni.
ii) Il-permessi ta' kull imsieħeb mal-applikant iffirmati miż-żewġ partijiet (rakkomandati).
iii) It-timeline tal-attivitajiet tal-proġett u l-produzzjoni li jużaw it-template ipprovduta.
iv) L-organizzazzjonijiet parteċipi kollha jtellgħu d-dokumenti biex jagħtu prova tal-istatus legali tagħhom fil-portal tal-parteċipanti.
v) Għal għotjiet li jaqbżu s-€60,000, tella' d-dokumenti biex tagħti prova tal-kapaċità finanzjarja fil-portal tal-parteċipant. Dan ma japplikax fil-każ ta' korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.
Qabel ma' tiftaħ din il-formola tal-EUPA, ara l-linji gwida billi tagħfas hawn.
applika