Ħarsa ġenerali​

Din l-azzjoni tippermetti lill-organizzazzjonijiet biex jaħdmu flimkien sabiex itejbu l-provvediment tagħhom għall-istudenti u jaqsmu prattiċi innovattivi.

Taħt KA 2 l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex jaħdmu fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi parteċipanti oħra. Il-proġetti ffinanzjati taħt din l-Azzjoni Ewlenija se jiffokaw fuq il-kondiviżjoni, l-iżvilupp u t-trasferiment ta' prattiċi innovattivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-provvediment taż-żgħażagħ bejn il-pajjiżi parteċipanti.

Key Action 2 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ (VET), skejjel, edukazzjoni għall-adulti u żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi u l-attivitajiet fil-mira ta' Key Action 2 ivarjaw skont il-qasam.

Key Action 2 timmira li żżid l-impatt pożittiv tal-attivitajiet Ewropej fil-livelli kollha biex tiżgura benefiċċji għall-individwi, organizzazzjonijiet u pajjiżi involuti fi proġetti.

X’se tingħata

It-tisħiħ tal-profil tal-professjonijiet tat-tagħlim billi jiġu attirati l-aqwa kandidati għall-professjoni u billi jiġu appoġġjati l-għalliema u l-mexxejja biex jagħtu tagħlim ta' kwalità għolja, jittrattaw realtajiet kumplessi tal-klassi u jadottaw metodi u għodod ġodda; appoġġ lill-għalliema biex jittrattaw ma' gruppi ta' studenti diversifikati u biex jadottaw prattiċi kollaborattivi u innovattivi sa mill-bidu tal-karrieri tagħhom.

Eliġibbiltà​​

Skola li tibgħat lill-membri tal-istaff tagħha barra l-pajjiż.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Sabiex tkun ikkunsidrata eliġibbli, il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela kif suppost u tiġi sottomessa lill-Aġenzija Nazzjonali sal-iskadenzi stabbiliti fis-sejħiet speċifiċi għall-proposti.
applika