Overview
Il-viżjoni tagħna hi li t-tagħlim ikun vjaġġ tul il-ħajja ta' kulħadd. Individwi u komunitajiet għandhom bżonn jiksbu ħiliet li huma relevanti għal ħajjithom, il-bżonnijiet tagħhom u x-xogħol tagħhom. Il-korsijiet huma offruti f'diversi suġġetti.
What You'll Get
Korsijiet ta' 32 ġimgħa jew 14-il ġimgħa f'diversi suġġetti inklużi ħiliet bażiċi, lingwi, korsijiet ta' preparazzjoni għal-livelli O u A, korsijiet għall-espressjoni kreattiva u korsijiet vokazzjonali u taħriġ. Il-kwalifiki huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Edukazzjoni Ogħla.
Eligibility
Persuni li għandhom 16-il sena jew aktar. Il-korsijiet offruti mill-Visual and Performing Arts Schools huma wkoll miftuħin għat-tfal.
Application Requirements
L-applikazzjonijiet għall-korsijiet tat-Tagħlim Tul il-Ħajja 2023-2024 li jibdew f'Ottubru huma miftuħa bejn it-13 ta' Lulju u l-10 ta' Awwissu 2023.
applika