Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża mill-istudenti li se jinkitbu, jew li nkitbu riċentement, fi programm ta' taħriġ li jkun konformi mal-parametri stipulati fl-iskema Linjigwida ta' Inċentivi 'Sir Kwalifikat'. 'Sir Kwalifikat' hija inizjattiva li tgħin l-iżvilupp personali ta' individwi biex jakkwistaw il-kwalifiki u ċertifikati meħtieġa fl-industrija. L-inċentiv qiegħed għal individwi li qed isegwu kors ta' studju li jwassal għal ċertifikazzjoni, diploma jew degree jew post graduate degree. Wara li jtemm b'suċċess il-kors, l-istudent igawdi minn tax credit biex jirkupra parti mill-ispejjeż li jkun nefaq. L-istudenti li qegħdin fil-proċess li jinkitbu jew li nkitbu riċentement fi programm ta' taħriġ li għadu ma ġiex ikkunsidrat eliġibbli għall-iskema jista' jitlob lill-Malta Enterprise biex jikkunsidra l-programm ta' eliġibbiltà skont l-iskema Get Qualified.

X’se tingħata

Konferma mill-Malta Enterprise li l-kors partikulari jkun eliġibbli jew mod ieħor għall-għajnuna mill-iskema Get Qualified flimkien ma' ċertifikat għal tax credit wara li l-istudent ikun temm b'suċċess kors partikulari.

Eliġibbiltà​​

Individwi li qed jiffinanzjaw l-istudji tagħhom.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola, flimkien mal-annex, u ibgħatha lil:
Malta Enterprise Corporation
Malta Industrijal Parks Ltd
Gwardamanġa Hill
Pietà MEC 0001
applika