• ID login
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Tagħlim tul il-Ħajja

Tagħlim tul il-Ħajja

  • Akreditazzjoni ta' Kwalifiki Edukattivi

    Jippermetti lil istituzzjonijiet biex jawtorizzaw korsijiet ta' edukazzjoni jew edukazzjoni ogħla jew programmi ta' studju skont il-proċess ta' ċertifikazzjoni MQF/EQF.
  • Assessjar ta' Kwalifika Prospettiva

    Jippermetti lil applikanti biex japplikaw mal-MQRIC għal dikjarazzjoni ta' rikonoxximent fil-każ ta' kwalifiki prospettivi.
  • Għarfien t'Applikazzjoni/Kwalifika miċ-Ċentru ta' Malta ta' Informazzjoni għal Rikonoxximent ta' Kwalifiki (MQRIC)

    Jippermetti lill-utenti biex japplikaw għal dikjarazzjoni ta' rikonoxximent mill-MQRIC fil-każ li jkunu diġà kisbu kwalifiki nazzjonali u internazzjonali. Dikjarazzjoni ta' rikonoxximent għall-kwalifiki tista' tkun meħtieġa għal diversi raġunijiet, bħalma huma: biex ikomplu jżidu l-istudju tagħhom, japplikaw għal xogħol jew promozzjoni, allowance ta' kwalifika, ħlas lura ta' taxxa, skemi ta' scholarships u permess uniku/Visa/ċittadinanza mal-Jobplus, fost oħrajn.
  • Għoti ta' Liċenzja lil Istituzzjonijiet Edukattivi Ġodda

    Jippermetti lill-istituzzjonijiet edukattivi li jirreġistraw bħala istituzzjoni għal edukazzjoni ogħla.
  • KA1: Mobbiltà ta' Staff għall-Edukazzjoni għall-Adulti

    Din l-azzjoni hija dwar il-provvediment ta' opportunitajiet għall-individwi biex itejbu l-ħiliet tagħhom, itejbu l-impjegabilità tagħhom u jiksbu kuxjenza kulturali.

    Taħt KA1, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex imexxu proġetti ta’ mobbiltà biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru studju strutturat, esperjenza ta’ xogħol, job shadowing, opportunitajiet ta’ taħriġ u tagħlim lill-istaff u lill-istudenti.

    Il-benefiċjarji jistg]u jqattgħu perjodu ta’ żmien f’pajjiż parteċipant ieħor biex jiksbu esperjenza siewja tal-ħajja, studju u xogħol bil-għan li jżidu l-opportunitajiet disponibbli għalihom fil-futur.

    KA1 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, skejjel, edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fil-mira u l-attivitajiet għal KA1 ivarjaw skont il-qasam.

    KA1 hija l-akbar azzjoni fl-Erasmus + bi 63% tal-baġit tal-programm li jiffoka l-enfasi tiegħu fuq iż-żieda fil-mobilità u l-ħiliet.
  • KA1: Mobbiltà ta' Staff għall-Edukazzjoni Skolastika

    Din l-azzjoni hija dwar il-provvediment ta' opportunitajiet għall-individwi biex itejbu l-ħiliet tagħhom, itejbu l-impjegabilità tagħhom u jiksbu kuxjenza kulturali.

    Taħt KA1, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex imexxu proġetti ta’ mobbiltà biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru studju strutturat, esperjenza ta’ xogħol, job shadowing, opportunitajiet ta’ taħriġ u tagħlim lill-istaff u lill-istudenti.

    Il-benefiċjarji jistgħu jqattgħu perjodu ta’ żmien f’pajjiż parteċipant ieħor biex jiksbu esperjenza siewja tal-ħajja, studju u xogħol bil-għan li jżidu l-opportunitajiet disponibbli għalihom fil-futur.

    KA1 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, skejjel, edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fil-mira u l-attivitajiet għal KA1 ivarjaw skont il-qasam.

    KA1 hija l-akbar azzjoni fl-Erasmus + bi 63% tal-baġit tal-programm li jiffoka l-enfasi tiegħu fuq iż-żieda fil-mobilità u l-ħiliet.
  • KA2: Assoċjazzjonijiet Strateġiċi għall-Edukazzjoni Ogħla

    Iżidu l-livelli ta' suċċess; itejbu l-kwalità u r-relevanza tal-edukazzjoni ogħla; isaħħu l-kwalità u l-koperazzjoni minn naħa għall-oħra tal-fruntieri; jagħmlu l-istruttura (trijanglu) tax-xogħol jiffunzjona; inkluża koperazzjoni interdixxiplinarja; itejbu l-governanza u l-iffinanzjar.
  • KA2: Assoċjazzjonijiet Strateġiċi għall-Edukazzjoni Skolastika

    Din l-azzjoni tippermetti lill-organizzazzjonijiet biex jaħdmu flimkien sabiex itejbu l-provvediment tagħhom għall-istudenti u jaqsmu prattiċi innovattivi.

    Taħt KA2, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex jaħdmu fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi parteċipanti oħra. Il-proġetti ffinanzjati taħt din l-azzjoni se jiffokaw fuq il-qsim, l-iżvilupp u t-trasferiment ta' prattiċi innovattivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-provvediment taż-żgħażagħ bejn il-pajjiżi parteċipanti.

    KA2 tkopri l-ħames oqsma ta' edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ (VET), skejjel, edukazzjoni għall-adulti u żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi u l-attivitajiet fil-mira ta' KA2 ivarjaw skont il-qasam.

    KA2 timmira li żżid l-impatt pożittiv tal-attivitajiet Ewropej fil-livelli kollha biex tiżgura benefiċċji għall-individwi, organizzazzjonijiet u pajjiżi involuti fi proġetti.
  • KA2: Assoċjazzjonijiet Strateġiċi għall-Edukazzjoni tal-Adulti

    Din l-azzjoni toffri opportunitajiet biex assoċjazzjonijiet jaħdmu flimkien sabiex itejbu l-provvediment tagħhom lil dawk li jitgħallmu u jaqsmu prattiċi innovattivi.
    Skont il-Key Action 2 l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għal finanzjament biex jaħdmu flimkien ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħra parteċipanti.
    Il-proġetti ffinanzjati f'din il-Key Action jikkonċentraw fuq li jaqsmu flimkien, jiżviluppaw u jittrasferixxu prattiċi innovattivi fl-edukazzjoni, taħriġ u provvediment għaż-żgħażagħ fost il-pajjiżi parteċipi.
    Key Action 2 tkopri l-ħames oqsma tal-edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ (VET), skejjel, edukazzjoni għall-adulti u żgħażagħ. Importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fi ħsieb il-Key Action 2 u l-attivitajiet tagħha jvarjaw f'kull qasam.
    Key Action 2 għandha l-iskop li żżid l-impatt pożittiv tal-attivitajiet Ewropej fil-livelli kollha biex tiżgura li l-individwi, organizzazzjonijiet u pajjiżi involuti fil-proġetti jibbenefikaw minnha.
  • KA2: Sħubiji Strateġiċi għall-Iskejjel biss

    Din l-azzjoni tippermetti lill-organizzazzjonijiet biex jaħdmu flimkien sabiex itejbu l-provvediment tagħhom għall-istudenti u jaqsmu prattiċi innovattivi.

    Taħt KA 2 l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex jaħdmu fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi parteċipanti oħra. Il-proġetti ffinanzjati taħt din l-Azzjoni Ewlenija se jiffokaw fuq il-kondiviżjoni, l-iżvilupp u t-trasferiment ta' prattiċi innovattivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-provvediment taż-żgħażagħ bejn il-pajjiżi parteċipanti.

    Key Action 2 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ (VET), skejjel, edukazzjoni għall-adulti u żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi u l-attivitajiet fil-mira ta' Key Action 2 ivarjaw skont il-qasam.

    Key Action 2 timmira li żżid l-impatt pożittiv tal-attivitajiet Ewropej fil-livelli kollha biex tiżgura benefiċċji għall-individwi, organizzazzjonijiet u pajjiżi involuti fi proġetti.
  • 1
  • 2
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020