Ħarsa ġenerali​

Id-dritt ta’ kull stat biex jagħmel riċerka xjentifika marittima joħroġ mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar, u dan huwa suġġett għad-drittijiet u dmirijiet ta’ stati oħra. Il-Continental Shelf Department fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, huwa responsabbli biex jilliċenzja u jirregola r-riċerka xjentifika marittima fuq il-blata kontinentali ta’ Malta (inkluż l-ibħra interni u territorjali) skont ir-Regolament 6 tar-Regolamenti dwar il-Blata Kontinentali (S.L. 535.02).

X’se tingħata

Jekk l-applikazzjoni tkun approvata, l-applikanti jingħataw liċenzja sabiex jagħmlu riċerka xjentifika marittima f’perjodu speċifiku ta’ żmien, u skont il-proposta li l-applikant ikun għamel fl-applikazzjoni. Il-liċenzja jkun fiha kundizzjonijiet li jinkludu iżda mhumiex limitati li l-Gvern jingħata kopja tad-data u r-rapport finali. Il-Continental Shelf Department jikkonsulta ma' entitajiet oħra qabel ma jagħti liċenzja u jistgħu jinħtieġu permessi oħra minn entitajiet oħra skont it-tip u l-post tar-riċerka.

Eliġibbiltà​​

L-applikanti għandhom ikollhom il-kwalifiki, l-esperjenza u t-tagħmir meħtieġ biex iwettqu r-riċerka stipulata fl-applikazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Skont Regolament 6 tar-Regolamenti dwar il-Blata Kontinentali (SL 535.02), entitajiet ta' riċerka interessati li jagħmlu riċerka xjentifika marittima għandhom japplikaw mad-Direttur Ġenerali, Continental Shelf Department fuq [email protected] billi jissottomettu applikazzjoni għall-kunsens. Kull applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ħlas amministrattiv mhux rimborsabbli ta' €300.

Jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lid-Direttur Ġenerali fuq [email protected] għad-dettalji meħtieġa tal-bank.

applika