Ħarsa ġenerali​

Dan l-inċentiv jipprovdi qafas biex jindirizza n-nuqqas ta' ħiliet billi jappoġġa t-taħriġ u għotja ta' ħiliet mill-ġdid lil impjegati eżistenti u ġodda. L-għan huwa li jiġi mgħejjun it-trasferiment ta' għarfien u l-akkwist ta' kompetenzi ġodda f'konformità mal-għarfien u l-ħiliet meħtieġa tal-industrija.

X’se tingħata

L-għajnuna tingħata bħala kreditu ta' taxxa. Madanakollu, il-Korporazzjoni tista' tapprova għotja ta' flus għar-rimbors ta' parti mill-ispejjeż tal-pagi ta' apprendisti lil impriżi li joperaw fis-settur tal-manifattura. Dawn l-għotjiet ma jistgħux jaqbżu l-limiti tal-għajnuna applikabbli u għandhom ikunu limitati għal €8 fis-siegħa għal kull impjegat imħarreġ. L-għajnuna totali għal kull impriża hija limitata għal €1,000,000.

Eliġibbiltà​​

Din il-miżura tindirizza kumpaniji li jixtiequ jinvestu fil-persunal tagħhom. L-applikanti eliġibbli għandhom joperaw f'wieħed mis-setturi skont il-Kodiċi Nace definit fil-Linji Gwida tal-Inċentiv (Pġ 4).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu mgħoddija lill-Korporazzjoni qabel il-bidu tal-programm ta' taħriġ. Huwa rrakkomandat li l-applikazzjonijiet jitressqu mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu tal-programm ta' taħriġ.
applika