Ħarsa ġenerali​

 
In-negozji li qed jippjanaw li jipparteċipaw f'avvenimenti organizzati permezz ta' u/jew appoġġjati min Enterprise Europe Network jistgħu japplikaw għal appoġġ taħt din il-miżura biex jitqiesu għall-assistenza fuq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u r-reġistrazzjonijiet.

X’se tingħata

 
L-għajnuna għandha tkun limitata għal €5,000 fis-sena, li tista' tintuża għal massimu ta' tliet avvenimenti.

Spejjeż eliġibbli jistgħu jiġu koperti b'intensità ta' għajnuna sa 50%.

Eliġibbiltà​​

 
Biex ikun eliġibbli, l-Applikant għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin;
- L-Applikant m'għandux ikollu pendenzi relatati mal-VAT, it-Taxxa fuq id-Dħul, u s-Sigurtà Soċjali.
- L-Applikant m'għandux ikun involut f'attivitajiet speċifikament esklużi taħt ir-Regolament de minimis.
- L-Applikant għandu jkollu mill-inqas impjegat part-time wieħed irreġistrat ma' Jobsplus, li jkun residenti u jħallas it-taxxa fuq id-dħul f'Malta.
- L-applikant għandu jkun diġà rreġistra parteċipazzjoni fl-avveniment. 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn.

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni permezz ta' imejl fuq [email protected] qabel isseħħ l-attività.

 
Dokumenti mehtieġa
 
Id-dokumenti meħtieġa huma;
- Formola tal-applikazzjoni
- Tax Complaince Certifiacte
- Konferma tar-reġistrazzjoni għall-avveniment jew konferma mid-desk tal-EEN Malta
applika