Ħarsa ġenerali​

Din il-miżura għandha l-għan li tiffaċilita proġetti ta' valur miżjud li huma mistennija li jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali ekonomiku ta' Malta, u biex tgħin intrapriżi eżistenti jsostnu l-operat tagħhom matul perjodu ta' ristrutturar.

X’se tingħata

Il-Korporazzjoni tista' tapprova krediti ta' taxxa jew għotjiet ta' flus sa €200,000 lil intrapriżi li jwettqu proġetti mmirati biex jespandu l-operat tan-negozju tagħhom, jew biex jikkonsolidaw l-operat kurrenti tagħhom.

Eliġibbiltà​​

L-għajnuna tingħata lil proġetti li jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp ekonomiku ta' Malta, madanakollu prijorità tingħata lil proposti minn dawn l-attivitajiet:

- operazzjonijiet ta' manifattura;
- fornituri ta' Servizzi Industrijali;
- Intrapriżi Kreattivi;
- żviluppaturi ta' Midja Diġitali
- attivitajiet marbuta max-Xjenzi tal-Ħajja.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:
Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001
applika