Ħarsa ġenerali​

Peress li l-inizjattivi fir-Riċerka u Żvilupp huma assoċjati ma' riskju għoli, huwa rrakkomandat li l-intrapriżi jwettqu studji ta' fattibiltà biex jiddeterminaw li l-elementi ewlenin tal-proġett propost huma bbażati fuq prinċipji sodi.

X’se tingħata

Proġetti twal ta' 6 xhur jistgħu jiġu mgħejjuna permezz ta' għotja ta' flus fuq il-pagi tal-persunal tar-riċerka, u għal spejjeż f'riċerka kuntrattwali u għarfien tekniku.

Jista' jingħata sa €50,000 għall-proġett, u skont id-daqs tal-impriża l-intensità tal-għajnuna tista' tkun sa 70%.

Eliġibbiltà​​

Il-proġett għandu jkun ta' natura ta' żvilupp sperimentali jew riċerka industrijali. Jistgħu jibbenefikaw impriżi li jimpjegaw mill-inqas żewġ impjegati full-time.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn.

L-applikanti jistgħu jagħżlu li l-ewwel jimlew Formola ta' Pre-Proposta biex jirċievu kummenti dwar jekk il-proġett maħsub huwiex konformi ma proġett ta' riċerka u żvilupp validu skont il-parametri stabbiliti fil-Linji Gwida.

Il-formoli tal-applikazzjoni għandhom jintbagħtu mimlija u ffirmati permezz ta' imejl lil R&D@maltaenterprise.com.
applika