Ħarsa ġenerali​

Din il-miżura tagħti krediti ta' taxxa lil kumpanniji fuq spejjeż imġarrba direttament jew indirettament fit-twettiq ta' proġetti ta' riċerka u żvilupp rilevanti għall-kummerċ tal-kumpanija.

X’se tingħata

Skont id-daqs tal-intrapriża l-intensità tal-għajnuna tista' titla sa 45% tal-ispejjeż eliġibbli. Jingħata sa massimu ta €15-il miljun għal kull proġett.

Eliġibbiltà​​

Proġetti eliġibbli għandhom jippruvaw li jiksbu progress f'qasam xjentifiku jew teknoloġiku permezz ta' riżoluzzjoni f'inċertezzi xjentifiċi jew teknoloġiċi.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn.

L-applikanti jistgħu jagħżlu li jissottomettu applikazzjoni ta' Pre-Proposta biex jirċievu kummenti dwar jekk il-proġett maħsub huwiex konformi ma' proġett ta' riċerka u żvilupp skont il-parametri stabbiliti fil-Linji Gwida tal-inċentiv.

Il-formoli tal-applikazzjoni għandhom jintbagħtu mimlija u ffirmati permezz ta' imejl lil R&D@maltaenterprise.com.
applika