Ħarsa ġenerali​

Din il-miżura tagħti kreditu ta' taxxa lil impriżi li jimpjegaw persuna li għandha jew qed tagħmel dottorat fix-xjenza, fit-teknoloġija informatika, jew fl-inġinerija.

X’se tingħata

Il-benefiċjarji jistgħu jingħataw kreditu tat-taxxa ta €10,000 dment li ma jaqbiżx il-limitu de minimis allokat għall-impriża waħda.

Eliġibbiltà​​

Entitajiet legali li qed jippjanaw jew jimplimentaw attivitajiet ta' Żvilupp Sperimentali. Dawn l-entitajiet għandhom jimpjegaw persuna li għandha jew qed issegewi dottorat fix-xjenza, fit-teknoloġija iformatika jew fl-inġinerija għal perjodu ta' mill-inqas tnax-il (12) xahar.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mimlija u ffirmati permezz ta' imejl lil R&D@maltaenterprise.com.
applika