Ħarsa ġenerali​

L-għan ta' din il-miżura huwa li jgħin stabbilimenti li joperaw fl-ospitalità u l-kejtering biex jingaġġaw kok li jista' jgħati kontribut fl-iżvilupp tal-ħiliet, operat u innovazzjoni.

X’se tingħata

Il-Korporazzjoni tista' tapprova kreditu ta' taxxa sa € 10,000, li tkopri sa 75% tal-ispejjeż eliġibbli.

Eliġibbiltà​​

Impriżi (inklużi operaturi li jaħdmu għal rashom) se jkunu mgħejjuna permezz ta' kreditu ta' taxxa li jirrappreżenta persentaġġ tan-nefqa eliġibbli u l-pagi tal-koki b'esperjenza internazzjonali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001

Il-formola mimlija għandha tintbagħat flimkien mall-annessi kollha. Applikazzjonijiet mhux kompluta ma jiġux aċċettati.
applika