Ħarsa ġenerali​

L-assoċjazzjonijiet kummerċjali għandhom rwol kritiku fl-istabbiliment tal-aħjar prattiki u standards tekniċi. Permezz ta' dan l-inċentiv, Malta Enterprise qed tippromwovi l-iżvilupp u l-kontinwità ta' Assoċjazzjonijiet Kummerċjali żgħar li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni u jiżviluppaw is-settur tan-negozju rilevanti tagħhom.

X’se tingħata

L-għanuna tingħata bħala għotja ta' mhux iktar minn €10,000 fis-sena.

Eliġibbiltà​​

L-għajnuna tingħata fuq spejjeż li jkopru l-paga ta' koordinatur/amministratur tal-assoċjazzjoni; sħubijiet annwali u attendenza għal avvenimenti internazzjonali miżmuma barra minn Malta.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001

Il-formoli tal-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mimlija u ffirmati jew bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata.
applika